Aħna nużaw cookies - dawn jgħinuna biex nagħtuk esperjenza online aħjar.
Bl-użu tal-websajt tagħna inti taċċetta li aħna nistghu inżommu u naċċessaw cookies fl-apparat tiegħek.

Gwida għan-novizzi

Dan huwa l-gwida qasira fuq Hattrick. Għal aktar informazzjoni dettaljata mur fuq il-manwal.

Gwida għan-novizzi

Inti l-maniġer u l-persuna responsabbli minn dak kollu relatat mal-klabb. Inti tippjana t-tattiki u l-istrateġija, tiddeċiedi x'tittrenja u tagħżel il-plejers li jridu jilagħbu. Inti tbiegħ u tixtri l-plejers, tinvesti f'titjieb fil-grawnd u ħafna aktar.


Flus

Il-flus huma importanti, għalhekk aħsibha sew kif se tonfoqhom. Parir siewi fil-bidu huwa li ma taqbadx u tonfoq bl-addoċċ sakemm ma tifhimx x'inhu importanti u fejn il-flus għandhom jintużaw l-aħjar.

Inti se taqla' l-flus mil-logħob, sponsors, sapporters u bejgħ tal-plejers, u dawn se jintużaw biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-klabb bħal salarji tal-plejers, manutenzjoni tal-grawnd - imma wkoll f'investimenti fi plejers ġodda u tkabbir tal-grawnd.


Plejers

Ħu l-ħin tiegħek biex issir taf aktar il-plejers tiegħek u l-abbiltajiet tagħhom. Agħfas fuq l-links tal-abbiltajiet tagħhom biex tara l-iskala li huma jinsabu fiha. Il-kowċ tiegħek agħżel ukoll l-aħjar plejers skond l-opinjoni tiegħu u dan sabiex jgħinek tibda tifhem aktar il-logħba.

Il-plejers jagħmlu użu minn ħafna abbiltajiet fil-grawnd, imma fil-bidu ipprova iffoka biss fuq l-abbiltajiet prinċipali:


Pożizzjoni Abbilita prinċipali
Gowler Gowler
Difensuri Difens
Midfielders ċentrali Nofs
Plejers tal-linja Linja
Attakkanti Attakk

Logħob

Staġun ta' Hattrick huwa twil 16-il ġimgħa: 14-il rawnd tal-lig, ġimgħa biex jintlagħbu l-logħob ta' kwalifikazzjoni u ġimgħa oħra fejn il-logħob ikun wieqaf. Il-logħob tal-lig jintlagħab fi tmiem il-ġimgħa; filwaqt li f'nofs il-ġimgħa jintlagħbu l-logħob tat-tazza u l-logħob ta' ħbiberija. Jekk hemm xi ħaġa li inti trid tagħmel bħala maniġer hija dik li tagħmel il-formazzjoni għal partiti tiegħek.

Kun ċert ukoll li tgħaqqad logħba ta' ħbiberija kull ġimgħa jekk it-tim tiegħek mhux qed jipparteċipa fit-tazza, dan jista' jsir malajr billi tuża l-pool għal-logħbiet ta' ħbiberija. Meta tilgħab il-logħob ta' ħbiberija tkun qed tittrenja aktar plejers kull ġimgħa u li timmassimiżża t-taħriġ tiegħek kull ġimgħa huwa importanti ħafna.


Affarijiet bażiċi fuq il-partiti

Fi kliem sempliċi, is-simulazzjoni tal-partiti ssir fi tlett stadji. F'kull taqsima ikun hemm numru ta' attakki:

  • Nofs il-grawnd tiegħek se jiġġieled kontra dak tal-avversarju tiegħek biex jipprova jirbaħ kull attakk, l-aktar nofs il-grawnd b'saħħtu se jkollu probabbilta' akbar li jirbaħ dak l-attakk. L-abbilta' 'Nofs' tal-plejers tiegħek hija l-aktar abbilta' importanti biex tirbaħ nofs il-grawnd.
  • Meta nofs il-grawnd tiegħek "jirbaħ" attakk, jiġi deċiż x'tip ta' attakk ikun (mix-xellug, mil-lemin, min-nofs jew inkella min set piece).
  • L-attakk tiegħek imbagħad se jiġi mqabbel mad-difiża avversarja f'dak is-settur. Hawnhekk l-abbilta' 'Attakk' tal-attakkanti tiegħek hija l-aktar ħaġa imporanti, u l-abbilta' 'Linja' tal-plejers tal-linja hija importanti ħafna għall-attakki tiegħek minn fuq il-linja.

Taħriġ

It-taħriġ huwa l-għodda ewlenija biex ittejjeb it-tim tiegħek, u dan huwa mod tajjeb kif tagħmel il-flus ukoll (dwar dan se ssib aktar informazzjoni hawn isfel).

Bħala tim ġdid aħna nagħtuk parir li tagħżel waħda mill-abbiltajiet 'ewlenin' biex tittrenja, bħal gowler, difens, nofs jew attakk u tibqa' tittrenja dik l-abbilta' fit-tul.

L-effett tat-taħriġ isir darba fil-ġimgħa. Sabiex plejer ikun jista' jirċievi taħriġ sħiħ fl-abbilta' tiegħu, huwa jrid jilgħab fil-pożizzjoni t-tajba għal 90 minuta f'partita matul dik il-ġimgħa. Jekk jilgħab għal aktar ħin, il-plejer m'huwiex se jieħu aktar taħriġ. Għalhekk biex jirċievi taħriġ sħiħ fl-abbilta' 'Nofs' pereżempju, plejer irid jilgħab bħala midfielder ċentrali, biex jirċievi taħriġ fl-abbilta' 'Attakk' irid jilgħab bħala attakkant u tibqa' sejjer hekk.


Trasferimenti

Inti tista' tixtri plejers ġodda mis-suq tat-trasferimenti fejn tista' tbiegħ ukoll il-plejers tiegħek. Parir tajjeb huwa li għandek tiċċekkja 'Ikkumpara t-trasferiment' biex tieħu ideja ta' kemm il-plejer tiegħek jiswa.


Staff

Membri tal-istaff jikkontribwixxu biex jiżvilluppaw il-klabb tiegħek b'modi differenti. Ezempju assistant kowċis ihaffu il-process tat-tahrig, u tkun ghazla tajba ghal tim gdid. Iktar ma jkollu hiliet il-membru tal-istaff, oghla tkun il-paga tieghu. Membri tal-istaff li jkollhom hiliet vera gholjin jistghu ikunu gholjin hafna, ghalhekk tikrihomx sakemm ma tkun cert li dawn huma dak li ghandek bzonn. Tista' issib aktar informazzjoni fuq l-istaff fil-manwal.


Grawnd

Se jkun hemm żmien fejn inti tkun trid tkabbar il-grawnd tiegħek, pero' tagħmilx dan qabel ma tkun ċert li tkun qed timla' l-grawnd tiegħek regolarment kull darba li tilgħab f'darek. Jekk tkabbar il-grawnd qabel tkun qed taħli flusek.


Tim tal-Minors

Li ttella' l-plejers mit-tim tal-minors tiegħek huwa mod divertenti kif tista' takkwista plejers ġodda, imma peress li hemm xi spejjeż abbinati ma' dan il-proċess nissuġġerulek li tistenna ftit ieħor sakemm tibda tifhem ftit aktar il-logħba u dan sabiex ma taħliex il-flus tiegħek.


Strateġiji biex tibni it-tim tiegħek

Bħala tim ġdid, strateġija tajba hija li tibni u tħares lejn il-futur u mhux lejn il-preżent. Il-futur tat-tim tiegħek probabbilment se jkun jiddependi fuq plejers żgħar, għalhekk nagħtuk parir biex tibni il-bażi tat-tim tiegħek fuqhom. Xi kultant ikun neċessarju li tbiegħ l-aqwa plejer tiegħek biex ikollok fondi biżżejjed biex tixtri plejers li huma iżgħar fl-eta'.

Iffoka fuq it-taħriġ u ibni it-tim tiegħek parti parti. Ilgħab l-aqwa ħdax-il plejer fil-partita tal-lig u imbagħad ixtri ftit plejers li tista' tħarriġhom (plejers żgħar f'livell passabbli/sod fl-abbilta' li qed tittrenja) sabiex dawn ikunu jistgħu jilagħbu fil-partita ta' ħbiberija. Fil-bidu tal-karriera tiegħek, ma tkunx ideja ħażina li jkollok plejers żgħar li jilagħbu fil-lig ukoll, dejjem jekk tista' taffordja dan. Dawn il-plejers 'il quddiem (meta l-abbiltajiet tagħhom jkunu tjiebu xi ftit livelli) jistgħu jinbiegħu għal prezz (nisperaw) li jkun ogħla minn dak li tkun ħallast għalihom meta xtrajthom - u dan se jagħtik aktar flus biex tkun tista' issaħħaħ it-tim tiegħek.

Uża formazzjonijiet differenti biex tkun tista' timmassimiżża it-taħriġ tiegħek, għall-anqas fil-partita ta' ħbiberija. Jekk pereżempju tittrenja attakk, kun ċert li tilgħab b'formazzjoni li tuża 3 attakkanti mill-anqas darba f'ġimgħa - b'hekk aktar plejers jkunu qed jieħdu taħriġ sħiħ. U jekk tittrenja difens, ilgħab b'formazzjoni li tagħmel użu minn 5 difensuri.


 
 
Server 095